L-ETIAS hija s-sistema l-ġdida ta’ informazzjoni u awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tal-UE. Is-sistema tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża u li jixtiequ jivvjaġġaw fiż-żona Schengen.
Sistemi ta' informazzjoni tal-UE għall-viżi Schengen
Il-gvernijiet madwar l-UE jiskambjaw informazzjoni permezz ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira biex jipproteġu liċ-ċittadini, jiġġieldu l-kriminalità u jassiguraw il-fruntieri. L-UE waqqfet dawn is-sistemi tal-IT u bħalissa qed taħdem biex ittejjebhom u twaqqaf sistemi tal-IT ġodda.