Biex japplikaw għall-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tal-ETIAS, vjaġġaturi mingħajr viża minn pajjiżi terzi m'għandhomx għalfejn jipprovdu informazzjoni dwar is-saħħa jew data bijometrika.
Ivvjaġġa lejn 30 pajjiż Ewropew b'awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tal-ETIAS
Kull min irid jivvjaġġa lejn l-Ewropa minn nofs l-2024 u mhux soġġett għal rekwiżit ta’ viża se jkollu bżonn awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS biex iżur 30 pajjiż Ewropew. Tista' taqra hawn kif se taħdem din il-proċedura u kif tista' tapplika għal awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar tal-ETIAS.